Dwarna

Il-Helpdesk dwar l-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku (GPP), fi ħdan id-Direttorat għall-Iżvilupp Sostenibbli, jassisti l-entitajiet u n-negozji tal-gvern fl-implimentazzjoni tal-prattiċi tal-GPP. Għandu rwol kruċjali fl-għoti ta’ pariri, informazzjoni, u gwida f’ waqtha dwar ir-rekwiżiti u l-proċessi tal-GPP.

It-twaqqif ta’ din il-pjattaforma diġitali tirrifletti l-impenn tal-gvern favur l-integrazzjoni tal-GPP fis-setturi kollha. Din għandha sservi bħala one-stop-shop diġitali għall-korpi governattivi u operaturi ekonomiċi sabiex dawn jinkorporaw il-GPP bħala parti integrali mill-operat tagħhom, u nixprunaw t-tranżizzjoni ta’ Malta lejn ekonomija aktar ekoloġika u ċirkolari.