Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali
tal-GPP 2022-2027

Pjan Nazzjonali
2022-2027

Il-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali tal-GPP 2022-2027 jibni fuq il-kisbiet tal-ewwel Pjan Nazzjonali, filwaqt li jsaħħaħ l-elementi ta’ suċċess u jindirizza n-nuqqasijiet. Huwa jipprovdi qafas ta’ politika biex jippromwovi aktar il-prattiki ta’ akkwist sostenibbli fi ħdan l-entitajiet governattivi.

L-għan hu li nsaħħu l-proċessi tal-GPP, filwaqt li nixprunaw is-suq lejn prodotti u servizzi aktar ekoloġiċi. Il-mira hija li l-akkwist tal-gvern ta’ prodotti aktar ekoloġiċi jiżdied progressivament għal 90% tal-offerti kollha, fi ħdan il-GPP, sal-2027. Il-progress fuq dawn il-miri se jitkejjel permezz ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u mekkaniżmu ta’ monitoraġġ stabbilit fil-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali tal-GPP 2022-2027.

Ir-rwol tal-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u L-Indafa Pubblika (MEEC) huwa li:

• Jinvolvi kontinwament lin-negozji, l-aġenziji tal-gvern u l-partijiet interessati billi jipprovdi taħriġ meħtieġ permezz ta’ sessjonijiet ta’ informazzjoni, workshops, u mezzi oħra ta’ komunikazzjoni.

• Jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-akkwist ekoloġiku permezz ta’ Helpdesk tal-GPP, sabiex l-utenti jaċċessaw faċilment informazzjoni u jindirizza mistoqsijiet speċifiċi.

• Iżid l-għarfien fost in-negozji u l-aġenziji tal-gvern dwar il-benefiċċji tal-investiment fi prodotti u servizzi ekoloġiċi, filwaqt li noħolqu kuxjenza ambjentali mas-setturi ekonomiċi kollha.